|
Article in other languages:
|
Pjaneta huwa korp ċelesti ta' massa sinjifikattiva li jorbita madwar stilla, u li ma jipproduċix enerġija permezz ta' fużjoni nukleari. Qabel is-snin '90 kienu magħrufa biss disa' pjaneti (kollha fis-Sistema Solari tagħna). Fl-aħħar tal-2002, kienu iktar minn 100 pjaneta magħrufa, kollha skopruti bħala pjaneti extrasolari. Il-kelma pjaneta ġejja mill-Grieg, mill-kelma li kienet tintuża għal vagabond. Fl-astronomija antika, il-pjaneti vagabondi kienu l-korpi ċelesti viżibili li kienu jbiddlu l-koordinati ċelesti ekwatorjali. Dawn kienu l-Qamar, ix-Xemx, Merkurju, Venere, Marte, Ġove, u Saturnu. Għal sekli sħaħ l-astronomi fittxew spjegazzjoni għaċ-ċaqliq tal-pjaneti li jidhru jivvagabondaw fuq l-isfond tal-kwiekeb ‘fissi’. Kien fis-seklu sbatax meta Johannes Kepler iddetermina li huma jorbitaw max-Xemx f’orbiti ellitiċi, li ċ-ċaqliq tagħhom kien kompletament mifhum. L-astronomi ħafna drabi jsejħu l-asterojdi "pjanetini" (pjaneti żgħar), u l-korpi planetari ikbar (dawk li normalment jissejħhu pjaneti) "pjaneti maġġuri". Il-pjaneti tas-Sistema Solari jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji skond il-kompożizzjoni tagħhom. Dawk li jixbħu d-Dinja (komposti prinċipalment minn ġebel) huma magħrufa bħala pjaneti terrestri. It-terrestri huma relattivament żgħar, komposti prinċipalment minn blat u metalli, u għandhom atmosferi rqaq. L-atmosferi differenti jikkawżaw il-kundizzjonijiet fuq il-wiċċ ta’ kull pjaneta terrestri biex ivarjaw konsiderevolment. Id-Dinja tagħna biss, bl-oċeani vasti tagħha u bl-atmosfera rikka bl-ossiġnu u nitroġenu, hija kapaċi li żżomm forma ta’ ħajja avvanzata. Dawk komposti minn materjal gassuż, bħal Ġove, huma magħrufa bħala Ġovjani, jew inkella ġganti gassużi. L-erba' pjaneti gassużi, huma: Ġove nnfisu, Saturnu, Uranju u Nettunu, huma komposti l-iktar minn idroġenu u elju. Ġove huwa l-ikbar u l-iktar pjaneta massiv fis-sistema solari, iżda anki Nettunu — l-iżgħar mill-pjaneti Ġovjani — għandu dijametru erba’ darbiet iżjed minn dak tad-Dinja. Xi drabi tiġi wżata kategorija oħra għal dawk il-korpi bħal Plutone, komposti prevalentement minn silġ: din il-kategorija ta' pjaneti tinkludi wkoll ħafna korpi non planetari, bħal qmura ta' pjaneti esterni (per eżempju Titanju).
Il-Pjaneti tas-Sistema SolariIl-pjaneti tas-Sistema Solari huma (f'ordni ta' distanza mix-Xemx):
Sa ftit żmien ilu (Awissu 2006) Plutone kien jitqies ukoll bħala pjaneta, iżda llum dan m'għadux jitqies bħala tali iżda bħala pjaneta nanu; bħala l-ikbar asterojda tal-faxxa ta' Kuiper. Il-pjaneti kollha tas-Sistema Solari (minbarra d-Dinja) għandhom isimhom li ġej mill-mitoloġija Rumana. Anki l-ismijiet tal-qmura ġejjin minn ismijiet ta' allat jew ta' persunaġġi tal-mitoloġija klassika, u xi mdaqqiet anki minn karattri tad-drammi ta' Shakespeare. L-asterojdi jistgħu jiġu msemmija, b'diskrezjoni ta' min skoprihom, b'isem kwalunkwe (bl-approvazzjoni tal-Unjoni Astronomika Internazjonali). Ġew proposti ħafna pjaneti ipotetiċi, bħal Eris iżda dan bħal Plutone qed jiġi kkunsidrat bħala Pjaneta nanu. Eris (uffiċjalment 136199 Eris, u qabel 2003 UB313) kien skopert minn Michael E. Brown, Chad Trujillo, u David Rabinowitz fil-5 ta' Jannar, 2005, minn ritratti li ġew meħuda fil-21 ta' Ottubru, 2003. Huma riedu jagħtuha l-isem Ksina (en: Xena) iżda l-Unjoni Astronomika Internazjonali, l-għaqda internazzjonali tal-Astronomija tatha l-isem tal-alla Grieg tad-diżarmonija, Eris. L-isem latin hu Discordia. Wieħed mir-raġuni għala intgħażel dan l-isem hu biex jirrifletti t-taħwid u l-konfużjoni li hemm fil-komunità tal-astronomi dwar in-natura tal-oġġett (il-pjaneta nana). Kważi il-pjaneti extrasolari kollha (dawk barra s-Sistema Solari) skoperti s'issa għandhom massa daqs jew ikbar minn ta' Ġove, l-ikbar pjaneta tagħna (l-unika eċċezzjoni hija komposta minn tliet pjaneti orbitanti pulsar, il-bqija ta' splużjoni ta' supernova. Dawn huma l-uniċi tliet pjaneti extrasolari ta' massa simili għad-Dinja). Il-mottiv huwa derivat minn effett ta' selezzjoni, li fih l-istrumenti tagħna huma kapaċi li jaraw biss pjaneti kbar ħafna u biswit għall-istilla tagħhom, għax l-effetti gravitazzjonali tagħhom huma ikbar u allura iktar faċli li jidhru. Jeżistu probabilment, ħafna iktar pjaneti extrasolari li għadna ma nistgħux niskopru. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-pjaneti skopruti s'issa, mhux simili għall-ġganti gassużi li nafu, għax huma tant viċin l-istilla tagħhom li għandhom temperaturi elevati (anki sa' eluf ta' gradi għal xi wħud), u spiss ikollhom orbita altament ellittika, li twassalhom alternattivament, viċin u 'l bogħod mill-istilla tagħhom. Huwa maħsub li l-pjaneti ġew ffurmati fil-kollass tan-nebulosa stess, li kienet l-oriġini tal-istilla ċentrali. Il-mudelli ta' formazzjoni planetarja, jipprevedu li fil-bidu jiffurmaw biljuni ta' korpi żgħar ħafna, li eventwalment jingħaqdu u jiffurmaw korpi ikbar meta jaħbtu ma' xulxin. Il-pjaneti fl-opri letterarji u ċinematografiċiL-esplorazzjoni ta' pjaneti oħra huwa tema kostanti tal-fantaxjenza, speċjalment b'rabta ma' forom ta' ħajja aljeni. Tnejn mill-iktar serje televiżivi fantaxjentifiċi ċelebri, Star Trek u Stargate SG-1, huma bbażati fuq is-sejba ta' pjaneti u ċiviltajiet ġodda. Referenzi
Ħoloq esterni
Questions for article: pjaneti, stampi ta qamar, xemx, kwiekeb |
|||||||||||||||||||||
This article is from Wikipedia. All text is available under the terms of the GNU Free Documentation License.
IHS Europe: Infrared Heating Systems for Home and Business.